Il-Pulizija qed tinvestiga att vandalu li seħħ fuq il-binja tal-Kurja Veskovili fil-Furjana wara li xi persuna jew persuni żebgħu l-ħajt matul il-lejl li għadda.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ One.com.mt li l-Kurja rrappurtat dan il-każ għall-ħabta tal-5:30 ta’ dalgħodu.
Il-kliem li ġie miżbugħ minn persuni li għadhom mhux magħrufa, jgħid li l-Kurja hija dar tal-qattiela u jkompli b’attakk fuq il-vaċċin.
Intant, One.com.mt huwa nfurmat ukoll li ġa bdiet ħidma sabiex minnufih titneħħa din iż-żebgħa bil-kulur aħmar minn fuq il-ħajt tal-Kurja li għadu kemm ġie rrestawrat.