Għadab għall-att vandalu li seħħ fl-aħħar sigħat fuq is-sur ta’ taħt Dar il-Mediterran fil-Belt.
Il-viċi Sindku tal-Belt Ray Azzopardi qal fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook li ftit tax-xhur ilu kienet saret ħsara fuq dan l-istess sur bi ħruġ tal-konkos.
Huwa żied li s-sur ġie vvandalizzat wara li xi nies responsabbli tefgħu fl-isparlli għall-ilma tax-xita materjal tal-kostruzzjoni. Dan wassal biex spiċċa ċċarċar mas-sur. Huwa appella biex il-Kunsill Lokali tal-Belt jieħu azzjoni kontra min kien responsabbli għal dan l-isfreġju u mhux biss jiġi mmultat iżda fuq kollox imġiegħel jagħmel tajjeb għall-ħsara li saret.