Is-salib tad-Dejma f’Ħal Qormi safa vittma ta’ att vandalu.
Dan ħabbru l-Kunsill Lokali tal-istess belt fejn ippubblika wkoll ritratti li fihom jidhru diversi ġebel li twaqqgħu madwar dan il-monument storiku.
Dan il-każ seħħ fi Triq il-Ħandaq u dan is-salib kien mistenni li jiġi restawrat fiż-żmien li ġej.
Il-Kunsill Lokali kkundanna bla riżervi dan l-att li seħħ kmieni filgħodu.
Dan filwaqt li l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali José Herrera stqarr li dan huwa mument ta’ dispjaċir għal kull min għandu għal qalbu l-patrimonju Malti.
Hu sostna li ser jara li jittieħdu passi neċessarji sabiex issir ġustizzja ma’ dan il-monument.