Jannar 2017 jimmarka t-tieni anniversarju minn meta l-isptar Mater Dei beda joffri s-servizz tal-IVF b’ xejn.
Sentejn li fihom, twieldu tmienja u erbgħin tarbija, bl-aħħar sitta twieldu fl-aħħar ġimgħa tas-sena.
Fil-preżent hemm 42 koppja oħra li temmew b’suċċess il-proċess t’IVF u għalhekk qed jistennew tarbija – bi ħdax-il koppja ħadu l-aħbar li dan hu l-aħħar Milied tagħhom bla tfal, propju fi żmien il-festi tal-Milied.