Bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016 saru 202 ċiklu tal-IVF fl-isptar Mater Dei li wassal għat-twelid ta’ 52 tarbija mill-IVF li saru fl-isptar Mater Dei bejn Jannar 2015 u April 2016.
Dan qalu l-Ministru għas-saħħa Chris Fearne fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis dwar kemm il-koppja għamlet l-IVF fl-Isptar Mater Dei matul l-2016 u kemm il-tarbija twieldet permezz ta’ din il-proċedura.
Fil-Parlament, il-Ministru Chris Fearne spjega ukoll li saru numru ta’ ċikli tal-IVF bejn Ġunju 2016 u Diċembru 2016. Liema proċeduri wasslu biex 24 koppja qed tistenna 28 tarbija.
Is-sena 2017 timmarka t-tieni anniversarju minn meta l-isptar Mater Dei beda joffri s-servizz tal-IVF bla ħlas.