F’mossa vera stramba Ivanka Trump għal ftit ħin ħadet post missierha, Donald Trump, waqt is-summit li laqqa’ l-mexxejja tad-dinja.
Il-President tal-Amerika telaq minn postu għal laqgħa mal-mexxej tal-Indoneżja waqt il-G20.
Is-Sinjura Trump hi konsulent ta’ missierha, iżda meta ma jkunx hemm mexxej ta’ pajjiż dan il-post normalment jittieħed minn uffiċjal b’kariga għolja.
Dwar dan il-każ bosta huma dawk li kkummentaw fuq il-midja soċjali u kkritikaw din id-deċiżjoni.
Trump irritorna lura ftit wara u ħa lura s-siġġu tiegħu bejn il-Prim Ministru Brittaniku u l-President Ċiniż.