Wara li ftit tal-jiem ilu MARSA FC ġew inkurunati ċampjins tal-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, diġà bdiet għaddejja ħidma qawwija għal staġun ieħor.
Intant Marsa F.C. irnexxilhom jakkwistaw is-servizzi tal-plejer versatili Mano Micallef. Micallef laħaq ftehim mat-tmexxija tal-Marsa fl-aħħar sigħat u bla dubju l-esperjenza tiegħu ser tkun importanti għat-tim tal-Marsa fl-ewwel diviżjoni.