Ivan Falzon inħatar Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura, u l-Proġetti Kapitali.
Huwa serva bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Qabel din il-kariga, okkupa numru ta’ rwoli ta’ tmexxija fis-setturi tas-saħħa u tal-avjazzjoni.
Stqarrija uffiċjali qalet li huwa kien strumentali f’numru ta’ proġetti ta’ trasformazzjoni li saru matul dan il-perjodu, filwaqt li s-servizz tajjeb lill-klijent dejjem baqa’ bħala parti ċentrali u importanti mill-missjoni tiegħu.