L-eks ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri ħallas €5,000 lis-sid tas-supermarket Valyou wara li allegatament nqabad jieħu xi affarijiet mill-ħanut fin-Naxxar.
Qalu dan fil-Qorti l-editur tat-Times Herman Grech u d-Direttur tal-Allied Newspapers Michel Rizzo wara laqgħa li kellhom mas-sid tas-supermarket Ray Mintoff.
Hermann Grech u Michael Rizzo xehdu f’każ ta’ libell bejn Ivan Camilleri u l-editur maniġerjali tal-Malta Today Saviour Balzan.
Herman Grech xehed li meta l-każ ħareġ fil-midja, Mintoff prova jtaffi mill-gravità tal-każ. Grech qal li t-Times kienet ħarġet tiddefendi lil Ivan Camilleri għax sid is-supermarket kien prova jbenġel xi ftit l-istorja.
F’Diċembru illi għadda, Hermann Grech u Michael Rizzo reġgħu kellmu lil Ray Mintoff u dan saħaq li l-affarijiet li ħa Ivan Camilleri kienu jammontaw għal €12,000 u din is-sitwazzjoni t’affarijiet neqsin mill-ħanut kienet ilha żmien twil għaddejja.