Il-Partit Nazzjonalista qal li Gvern Laburista, ġab lil Malta bħal fi żmien Charles Dickens.
Dan permezz tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, li rrefera għan-novella ta’ Oliver Twist, fejn it-tfal jiġru ħafjin jittalbu u jisirqu biex ikunu jistgħu jieklu.
Il-Partit Nazzjonalista qal li Gvern Laburista, ġab lil Malta bħal fi żmien Charles Dickens.
Dickens huwa l-awtur tan-novella ta’ Oliver Twist, fejn it-tfal jiġru ħafjin, jaħdmu u jkunu mġiegħla jisirqu biex ikunu jistgħu jieklu.
“Qishom ġabuna bħal fi żmien Charles Dickens.”
Id-Deputat Nazzjonalista kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali li fiha tkellem dwar il-faqar. Saħansitra ppolitiċizza wkoll l-inizjattiva Childrens Dreams maħsuba biex taqta’ x-xewqa ta’ tfal vulnerabbli fi żmien il-Milied.
Din il-konferenza tal-aħbarijiet Bartolo għamilha fl-istess ġimgħa li għaqdiet ewlenin li jaħdmu f’dan is-settur tkellmu dwar il-faqar kellhom kliem ta’ tifħir għall-miżuri tal-budget.
Iżda, Bartolo kellu biss kliem negattiv għal dak li għamel il-Gvern u għas-sitwazzjoni f’pajjiżna.
“Ma tistax tinżel iktar fil-qiegħ, missejna l-qiegħ tal-qiegħ.”
Għalhekk, qal Bartolo, Malta m’għandiex futur sabiħ.
“Il-PN jgħidha kif tkun. No lip Serivce.”
Ladarba tkellem dwar il-faqar, lil Bartolo staqsejnih kif jindirizzah. Imma qalilna li ma setax jgħidilna, llum u issa se jgħidilna darb oħra.
“Se nispjega il-ġimgħa d-dieħla”