Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, bħal Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ għonqu u ddefenda l-aġir tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi li fetaħ kwerela kontra s-suldati u l-Prim Ministru u akkużhom bi qtil volontarju tal-immigranti.
Mistoqsi dwar il-fatt li Jason Azzopardi ħarab mill-akkużi li għamel hu stess u rrinunzja lilu nnifsu mill-kwerela li fetaħ, jum biss wara li informazzjoni li preżentat l-għaqda Repubblika stess giddbet l-akkużi tiegħu, staqsejna lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo dwar l-aġir ta’ Azzopardi.
Iżda evidentament, Ivan Bartolo kien skomdu u ġabha bi tqila biex iwieġeb ċar.
Imbagħad filwaqt li ddefenda lil Jason Azzopardi, ħarab mill-mistoqsija u rrifjuta li jikkummenta dwar l-aġir ta’ Azzopardi.