Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo alluda għall-elettorat bħala bnedmin b’moħħ qasir u li jaraw biss sa imneħirhom.
Huwa qal dan permezz ta’ artiklu fuq il-gazzetta Illum il-Ħadd filgħodu fejn fih irreaġixxa bi stil filosofiku għall-aħħar riżultat elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Bħal Bernard Grech qablu Ivan Bartolo, rrefera għall-gladjaturi u qal kif f’xi waqtiet iħossu f’arena tal-gladjaturi.
Madankollu rrefera għan-nies fi ħdan l-arena tal-gladjaturi bi “bnedmin b’moħħ qasir u bi bnedmin li jaraw biss sa mneħirhom.”
Id-Deputat Nazzjonalista ta x’jifhem ukoll li m’għandux raġuni għar-riżultat li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzoni ġenerali ta’ ftit ġimgħat ilu. Dan ħlief li “ninsabu f’dinja qalb l-umanità u dak li ngergru u naraw f’ħaddieħor hemm mnejn li ħaddieħor jara l-istess fina.”
Din mhux l-ewwel darba li Ivan Bartolo kellu kliem iebes għall-qarrejja tiegħu. Darba minnhom, permezz ta’ artiklu fuq il-Mument mhux biss iġġustifika l-famuża battuta ta’ Bernard Grech fejn qal li jistħi jgħid li hu Malti, iżda qal li jmur oltre minn hekk.
F’dan l-artiklu sostna hekk.
“B’dieqa ngħid li ‘pajjiżi sar pajjiż li kiel lil niesu.’