Skont il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech, il-Partit Laburista għamel disa’ snin jiskanta.
Quddiem l-għajnuna lill-ħaddiema u n-negozji anki waqt pandemija, dan sostnieh il-Kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo waqt dibattitu fuq il-programm TVAM.
Għal din id-dikjarazzjoni wieġeb id-Deputat u Kandidat Laburista Dr Jonathan Attard li inċidentalment fl-istess jum li l-NSO ħareġ li reġa’ naqas il-qgħad, semma l-ħolqien tal-impjiegi.
Fuq ix-xandir nazzjonali, il-kandidat Nazzjonalista mbagħad l-ewwel qal li Gvern Laburista ma ħoloqx industrija waħda u mbagħad kellu jammetti li kien hemm industriji ġodda f’dawn l-aħħar snin.
Jonathan Attard saħaq li l-proposti tal-Partit Laburista huma tanġibbli u fattibbli u għandu track record li dak li jwiegħed, iwettqu.