Bil-Partit Nazzjonalista spiċċa bil-kanuni fi ħdanu, bil-fazzjonijiet differenti jisparaw fuq xulxin, l-eks kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo kompla janalizza s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-partit ta’ Adrian Delia wara t-telfa kbira li ġarrab fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Ma’ The Times of Malta, Ivan Bartolo ma qagħadx jogħmodha u ta l-akbar ċertifikat ta’ falliment li jista’ jkollu Kap. F’intervista ta’għaxar minuti, Ivan Bartolo baqa’ jsostni n-nuqqas ta’ pjan li għandha l-amministrazzjoni Nazzjonalista u spjega li huwa inutli li l-Kap jgħid li se jiftaħ il-bibien beraħ b’sempliċiment kliem fieragħ li fis-sustanza tiegħu ma jfisser xejn.
L-eks kandidat Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali dawwar ukoll l-idea li jinħatar kap temporanju bħal Louis Galea, Tonio Borg jew Joe Borg bil-għan li l-partit ma jibqax maqsum f’elf biċċa iżda jibda jingħaqad xi ftit. Huwa aċċenna għall-fatt li l-Partit Nazzjonalista huwa mifrud wisq u mistoqsi jekk Adrian Delia kienx esperiment li falla, Bartolo tkellem ċar kristall.
Fuq kollox l-eks kandidat Nazzjonalista qabbel s-sitwazzjoni mwiergħa li jinsab fiha l-partit bħala a vicious circle.