Is-Sindku tal-Mosta, Ivan Bartolo, ġie elett fl-elezzjonijiet każwali li qed isiru llum biex jimtlew is-siġġijiet battala mid-Deputati Nazzjonalisti li ġew eletti minn żewġ distretti.
Bartolo ġie elett mill-ħdax-il disrett li tbattal mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Dan wara li Ivan Bartolo qabeż il-kwota ta’ dan id-distrett.
Biex issa se jibda l-għadd tal-voti fuq l-istess distrett biex jiġi elett kandidat ieħor tal-Partit Nazzjonalista wara li David Agius ċeda ukoll is-siġġu tiegħu fuq dan id-distrett.