L-eks Kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo kellu kliem iebes lejn il-Partit Nazzjonalista.
Meta ipparteċipa fil-programm Pjazza, Ivan Bartolo li kien qed jappoġġja lill-Alex Perici Calascione, qal li f’dan l-istadju l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn bniedem ta’ esperjenza fit-tmun.
Spjega kif l-oġġettiv tal-Partit Nazzjonalista bħalissa m’huwiex li jirbaħ , iżda li jirranġa , jisaħħaħ u jingħaqqad.
Wara li ikkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali, Ivan Bartolo kien qed jikkunsidra li jikkontesta għall-kariga ta’ Kap Nazzjonalista.
Iżda f’botta diretta għal Adrian Delia, Bartolo qal li huwa m’għandux biżejjed esperjenza politika. Ivan Bartolo daħal fil-politika f’Frar ilhi għaddha meta nhieda l-kampanja elettorali tiegħu.
Fl-intervent tiegħu Ivan Bartolo tkellem bi ħsieb realistiku u qal li hemm ħafna affarijiet li qed isiru mill-Partit Laburista fil-gvern li ma tistax tikkritikhom.
Għax minn dejjem kien realistiku, Ivan Bartolo qal li huwa ma kienx qed jemmen dak li beda jgħid l-Partit Nazzjonalista lill-partitarji tiegħu – li fl-aħħar elezzjoni ż-żewġ Partit kienu indaqs u saħħansittra l-Partit Nazzjonalista setgħa jirbaħ l-elezzjoni.
Bartolo kellu kliem ta’ kundanna għall-intriċċi u manuvri li qed isiru bħalissa fil-Partit Nazzjonalista waqt l-elezzjoni sabiex jinħatar kap ġdid.
Fost l-iktar li irrabjah kien meta Adrian Delia sejjaħ lill-Partit Laburista bħal l-għadu tiegħu.
Bartolo deher inkwetat ukoll bil-kummenti li qed jagħmel d-deputat nazzjonalista u li qed jappoġġja lil Chris Said, Jason Azzopardi. Azzopardi li fuq Facebook qed jikteb qatiegħ kontra Adrian Delia.
Filwaqt li ikkundana dan l-aġir, Ivan Bartolo qal li hemm bzonn li ċertu nies ma jiqbgħux jimxu bl-Ego.
U l-eks kandidat nazzjonalista Ivan Bartolo kellu messaġġ ċar għall-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li huwa offra l-għajnuna tiegħu lill-partit , qal li ħadd m’għandu bħalissa ħadd m’għandu jippretendi li se jitla Kastillja.