L-ewwel qalu li ntsabu, imbagħad li le, imbagħad li iva.
Fdalijiet mit-titjirja tal-EgpytAir instabu fil-Mediterran, skont konfermi tal-militar Eġizzjan u tal-linja tal-ajru nazzjonali. Dan kien diġa’ rrapportat il-bieraħ filgħaxija, iżda ftit wara ntqal li l-fdalijiet ma kienux tal-Airbus A320 li għeb.
Issa mill-ġdid kien ikkonfermat li nstabu oġġetti minn dan l-ajruplan. It-titjijra kienet fi triqitha minn Pariġi għall-Kajr, b’66 persuna abbord, meta ġġarfet. Dawk li qed jinvestigaw l-avventimenti jemmnu li ġġarfet minħabba att terroristiku.
The Egyptian Armed Forces have informed EGYPTAIR that they have found first debris from the missing aircraft operating flight MS804 #MS804
— EGYPTAIR (@EGYPTAIR) May 20, 2016
Fi stqarrija l-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi esprima dieqa kbira. Awtoritajiet Griegi, Eġizzjani, Franċiżi u Ingliżi qiegħdin jieħdu sehem f’operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ qrib il-gżira Griega Karpathos.