Lottoland, l-akbar kumpanija tal-lottu online u l-imħatri fid-dinja fetħet uffiċjalment il-bibien tagħha għall-klijenti Maltin. Il-kumpanija hija ddedikata sabiex toffri lill-klijenti l-opportunità li jilagħbu fuq l-akbar u l-aħjar lotteriji internazzjonali minn madwar id-dinja. Madankollu, Lottoland toffri ħafna aktar minn sempliċiment lotteriji, inklużi każinò online u mħatri fuq sports.
F’seba’ snin biss il-kumpanija ħallset ’il fuq minn biljun euro fi premji lil rebbieħa b’xortihom tajba, u f’idejha għandha Guinness World rekord għall-akbar premju marbut ma’ logħob online fl-istorja. Lottoland assigurat żewġ liċenzji tal-logħob online MGA s-sena l-oħra, li jippermettulha taqdi kemm operaturi kif ukoll konsumaturi minn Malta. Bħala prova tal-impenn qawwi għas-sigurtà tal-parteċipanti, il-kumpanija hija ċċertifikata wkoll minn awtoritajiet tal-logħob fir-Renju Unit, Ġibiltà, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, l-Afrika t’Isfel u l-Awstralja.
Fejn jidħol it-tkabbir mgħaġġel, ftit huma l-kumpaniji li jistgħu jikkompetu ma’ Lottoland. Tant li ġiet imlaqqma bħala “waħda mill-aktar kumpaniji li qed tikber malajr fl-Ewropa” u rikonoxxuta bl-aktar premji prestiġjużi tal-logħob online sena wara l-oħra. Fis-sena 2020 Lottoland laħqet tragward ieħor, hekk kif il-kumpanija qabżet it-12-il miljun klijent. Fi kliem ieħor, kieku Lottoland kienet pajjiż, kien ikollha popolazzjoni akbar minn dik tal-Islovenja, in-Norveġja u l-Finlandja f’daqqa!
Sabiex tiċċelebra t-tnedija tagħha f’Malta, Lottoland qed tagħti lill-parteċipanti ġodda kollha 3 logħbiet tal-EuroMillions għall-prezz ta’ 1. Ċans standard fuq Lottoland normalment jiswa biss €3.00, u l-prezz ma jiżdiedx jekk il-jackpot tal-EuroMillions jikber. Bħala parti mill-promozzjoni, issa jista’ jkollok 3 possibbiltajiet biex tirbaħ meta tittella’ l-EuroMillions li jmiss għal €3 biss, minflok tħallas €9.
Skopri kif tista’ tilgħab f’lotteriji minn madwar id-dinja ma’ Lottoland, mill-kumdità ta’ darek. Se nuruk ftit passi sempliċi li jippermettulek tilgħab f’lotteriji online mill-mowbajl jew kompjuter tiegħek sabiex qatt ma jkollok għalfejn titlef iċ-ċans li tipparteċipa fl-akbar lotteriji.
1. IRREĠISTRA MA’ LOTTOLAND B’XEJN
Sabiex tgawdi l-benefiċċji kollha ta’ logħob tal-lotteriji ma’ Lottoland għandek sempliċiment tirreġistra. Dan għandu jieħu madwar 30 sekonda jew massimu ta’ minuta. Ikklikkja fuq il-buttuna Sign In jew Sign Up fil-parti tal-lemin ta’ fuq tal-paġna. Daħħal l-indirizz tal-email tiegħek u agħżel password sikura. Issa daħħal id-dettalji personali tiegħek imbagħad agħfas il-buttuna Create a new account. Huwa permess kont ta’ utent wieħed biss għal kull persuna.
2. ITFA’ L-FLUS FIL-KONT
Ladarba jinħoloq il-kont tiegħek se tkun tista’ żżid il-flus billi tuża wieħed minn ħafna metodi ta’ ħlas disponibbli. Meta tkun imdaħħal fil-kont, ikklikkja fuq My Account u mbagħad Add Funds. Agħżel l-ammont u mbagħad agħżel l-aħjar għażla mill-firxa ta’ kards, ħlasijiet elettroniċi u trasferimenti bankarji disponibbli. Meta tixtieq tiġbed il-flus mill-kont, sempliċiment mur fuq My Account u mbagħad Payout u iġbed il-flus tiegħek għal ġol-istess metodu ta’ ħlas li użajt għad-depożitu tiegħek.
3. AGĦŻEL IL-LOTTERIJA TIEGĦEK
Fejn tidħol l-għażla ta’ lotteriji disponibbli fuq Lottoland, diffiċli ssib aħjar. Tista’ tilgħab f’lotteriji familjari bħal EuroMillions jew Powerball, flimkien ma’ lotteriji oħrajn minn madwar id-dinja. Kull lotterija hemm aċċess għaliha mill-menu ewlieni, ikklikkja fuq il-lotterija tiegħek sabiex tmur fuq il-paġna ewlenija ta’ dik il-lotterija u b’hekk tkun tista’ tilgħab, kif ukoll tikseb l-informazzjoni kollha dwarha.
4. IMLA L-ISKEDA/I TAL-LOGĦOB TIEGĦEK
Fuq nett ta’ kull paġna tal-lotterija għandek issib iż-żona tal-iskeda tal-logħob ewlenija. Hija mfassla fuq grilja simili għal biljett tal-lotterija tal-karti. Agħżel in-numri tiegħek billi tikklikkja n-numru korrispondenti ġewwa ż-żona tal-iskeda tal-logħob. Inkella, sempliċiment ikklikkja fuq il-buttuna Quick+1 fuq in-naħa tal-lemin ta’ fuq tal-iskeda tal-logħob għal numri ġġenerati awtomatikament – Quick Pick. Maġenb dik il-buttuna hemm il-buttuna +Rest. Din tippermettilek tilgħab kollox (“all in”) bi skeda tal-logħob sħiħa ta’ Quick Picks (eż. Sitt logħbiet għal EuroJackpot jew MegaMillions).
5. IL-FUNZJONI DOUBLEJACKPOT
Bil-funzjoni esklussiva ta’ Lottoland DoubleJackpot tista’ tirbaħ id-doppju tal-ammont tal-jackpot bi klikk waħda biss. Lottoland hija msieħba ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni ewlenin sabiex tiggarantixxi r-rebħiet kollha tal-jackpot u DoubleJackpot. Din il-funzjoni fakultattiva tiswa ftit iżjed u tħallas id-doppju biss fuq rebħa ta’ jackpot attwali. Immaġina x’gost tieħu jekk tirbaħ jackpot ta’ għadd ta’ miljuni ta’ dollari – issa ara xi tħoss jekk tirdoppja dak l-ammont!
6. IL-FUNZJONI NUMBERSHIELD
Immaġina x-xena – għandek in-numri kollha tajbin u tolqot jackpot enormi, biex imbagħad tiskopri li xi ħadd ieħor rebħu wkoll. Taħseb li ma tistax tiġri din? Fil-fatt hija pjuttost komuni, u akbar ma jkun il-jackpot, aktar hemm ċans li jkollok taqsam ir-rebħa ma’ xi ħadd ieħor.
L-aħħar ħaġa li tkun trid hija li xi ħadd inaqqarlek il-miljuni tiegħek. Ibblokkjah billi tikklikkja l-buttuna sabiex tattiva NumberShield – funzjoni esklussiva li tippermettilek tipproteġi n-numri tiegħek stess u dejjem tiżgura li tieħu l-ammont sħiħ tal-jackpot. Ftakar, aktar ma jkun għoli l-jackpot aktar nies se jagħżlu li jieħdu ċans u għalhekk tkun akbar il-probabbiltà li jkollok taqsam ir-rebħa ma’ xi ħadd ieħor.
7. ISSETTJA L-GĦAŻLIET TAT-TLUGĦ U TUL TIEGĦEK
Bħalma għedna, waħda mill-isbaħ affarijiet ta’ meta tilgħab f’lotterija online hija li tippermettilek teħles minn kju inutli. Minflok tista’ tilgħab fuq tlugħ ta’ lotterija li jkun għadu ġej bi ftit klikks sempliċi. Awtomatikament, l-għażla tal-iskeda tal-logħob tiegħek se tiddaħħal fit-tlugħ li jmiss, jew inkella tista’ tagħżel liema tlugħ tixtieq tipparteċipa fih. Biex tilgħab f’EuroMillions pereżempju, tista’ tagħżel it-tlugħ tat-Tlieta, it-tlugħ tal-Ġimgħa, jew it-tnejn li huma.
Tista’ tagħżel ukoll kemm-il tlugħ tixtieq tipparteċipa fih billi tissettja l-għażliet ta’ Tul fakultattivi fejn tista’ tidħol fi tlugħ minn 52 ġimgħa minn qabel.
Jekk tagħżel Subscription se tippermetti ħruġ ta’ kont tas-subscription, ibbażat fuq in-numru ta’ ġimgħat li tagħżel. L-għażla Hunt, min-naħa l-oħra, se tippermetti l-funzjoni JackpotHunt – meta tagħżel din il-kaxxa se tmur “tikkaċċja” għall-jackpot kurrenti billi tkun awtomatikament imdaħħal f’kull tlugħ sakemm il-jackpot kurrenti jintrebaħ. Perfetta għal dawk il-persuni li qed ifittxu wieħed minn dawk il-jackpots kbar li jakkumulaw.
8. ISSETTJA L-GĦAŻLIET TA’ PARTEĊIPAZZJONI TIEGĦEK
Il-funzjonijiet Participation fakultattivi jippermettulek li tippersonalizza aktar il-logħob tal-lotteriji tiegħek sabiex ikun adattat aħjar għall-iskeda u l-baġit tiegħek. Tista’ tagħżel li tilgħab meta l-jackpot ikun ta’ ċertu ammont jew ogħla, jew tista’ tagħżel dati speċifiċi li jkunu għadhom ġejjin.
9. IBGĦAT L-ISKEDA TAL-LOGĦOB TIEGĦEK
Kollox lest? Tajjeb – ikklikkja fuq il-buttuna ħadra Submit. Se tittieħed fil-paġna Shopping Cart fejn issa tista’ tivverifika jew temenda dak li xtrajt qabel ma tiffinalizzah. Fuq in-naħa tal-lemin se tara l-ikona Delete (il-barmil taż-żibel), sabiex tneħħi l-logħba mill-cart tiegħek u taħtha hemm l-ikona View (il-lenti li tkabbar) sabiex tara l-iskeda tal-logħob tiegħek. Meta tikklikkja fuq din il-buttuna se jidhru l-iskeda tal-logħob u n-numri tiegħek. Jekk tmur fuq l-iskeda tal-logħob mingħajr ma tikklikkja se tingħata għażla li tagħmel Edit jekk tixtieq. Ladarba tkun lest ikklikkja fuq il-buttuna Submit and proceed sabiex tiffinalizza t-tranżazzjoni.
10. ITTAMA F’XORTIK U ĊĊEKKJA L-EMAIL TIEGĦEK!
Ħaġa tajba oħra meta tilgħab ma’ Lottoland li għadna ma semmejniex hi li m’għandekx għalfejn toqgħod tħawwad bil-biljetti aktar. M’għandekx għalfejn toqgħod tgħammex għajnejk biex tara jekk irbaħtx jew tipprova tiskennjah b’waħda minn dawk il-magni ġodda. U daqshekk inkwiet li tista’ titilfu – ma’ Lottoland kollox huwa magħmul diġitalment, minnufih u faċilment!
Ladarba dak li xtrajt ikun iffinalizzat tirċievi konferma b’email. Tiġi nnotifikat ukoll bir-riżultati tat-tlugħ u kwalunkwe rebħiet li jkun hemm. Kwalunkwe flus li tirbaħ se jkunu kkreditati awtomatikament fil-kont tal-utent ta’ Lottoland tiegħek. Dawn jistgħu mbagħad jintużaw biex terġa’ tilgħab jew tista’ tiġbidhom għal ġol-kont bankarju tiegħek. Fi kliem ieħor, m’għandek għalfejn tagħmel xejn – ir-riżultati u r-rebħiet kollha jiġu għandek!
X’qed tistenna? Irreġistra ma’ Lottoland.mt u ttripplika ċ-ċans li tirbaħ €110,000,000 nhar il-Ġimgħa billi ssarraf iż-żewġ logħbiet b’xejn tiegħek fuq l-EuroMillions meta tilgħab l-ewwel darba.
Lottoland.mt hija operata minn European Lotto and Betting Limited u hija lliċenzjata mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, numru tal-liċenzja MGA/B2C/609/2018. Il-promozzjoni hija disponibbli għal parteċipanti ġodda biss. Il-parteċipanti għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Il-promozzjoni tissarraf darba għal kull parteċipant. Rebħiet minn logħob b’xejn jitħallsu fi flus (mhux flus bħala bonus). Dawn it-termini huma supplimentari mat-Termini u Kundizzjonijiet Promozzjonali ta’ Lottoland li jinsabu hawn.
Il-logħob tal-azzard jista’ jkun ta’ ħsara jekk mhux ikkontrollat. Jekk jogħġbok ilgħab b’responsabbiltà. Għal għajnuna żur rgf.org.mt