Ittra miftuħa ffirmata minn 50 espert Repubblikan tas-sigurta nazzjonali wissiet li n-nominat Donald Trump jista jkun l-iktar president traskurat fl-istorja Amerikana.
Il-grupp, li jinkludi l-eks direttur tas-CIA Michael Hayden, qal li Trump għandu nuqqas ta’ karattru, valuri u esperjenza biex ikun president.
Ħafna minn dawk li ffirmaw kienu rrifjutaw li jiffrimaw nota simili lura f’Marzu. Trump irrisponda billi qal li dan il-grupp huwa parti mill-elit ta’ Washington li fallew u li qed jaraw x’jagħmlu biex jibqgħu fil-poter.