Il-mużiċist leġġendarju Leonard Cohen aktarx bassar il-mewt tiegħu stess f’ittra ta’ qsim il-qalb li tagħti l-aħħar tislima lill-eks maħbuba tiegħu Marianne Ihlen.
Cohen u Ihen iltaqgħu l-Greċja fis-snin sittin. Kien f’dak l-istess żmien meta r-raġel tagħha abbanduna lilha u lil binhom ta’ sitt xhur fil-Greċja
Cohen kien stedinhom biex imorru jgħixu miegħu f’Montreal u Ihlem kienet aċċettat l-offerta.
F’qasir żmien huma saru koppja inseparabbli u r-relazzjoni romantika tagħhom damet diċenju.
Kienet l-istess mara li inspirat lil Cohen jikteb il-kanzunetti “So Long, Marianne”, “Bird on a Wire”, u bosta aktar.
Meta ħabib ta’ Ihlen ikkuntatja lil Cohen bl-aħbar li kienet waslet fl-aħħar jiem ta’ ħajjitha minħabba l-marda qerridija tal-leukemia, kien biss sagħtejn wara li rċevew din l-ittra mingħandu.
“Mela Marianne, wasalna fiż-żmien meta tant kbirna fl-età u tant ġisimna qed jaqa’ biċċiet, li daqt se nkun qed insegwik. Kun af li ninsab viċin, tant viċin li jekk ittawwal idek jirnexxilek tilħaq lil tiegħi. U kun af ukoll li jien dejjem ħabbejtek għas-sbuħija u kif ukoll għall-għerf tiegħek, iżda m’għandix għalfejn noqgħod ngħidlek għax dawn l-affarijiet digà tafhom sew. Iżda issa, se nkun qed nixtieqlek f’vjaġġ mill-isbaħ. Ċaw ħabiba antika. Imħabba li ma’ tintemm qatt, narak daqt.”
Kienu biss jumejn wara li rċiviet din l-ittra mingħand Cohen, meta Ihlem tilfet ħajjitha. Ħabib tagħha qal li “Meta l-ġurnata ta’ wara għidnilha dwar l-ittra, kienet konxja ta’ x’konna qed ngħidu. Kienet vera ferħana li Cohen kiteb xi ħaġa indirizzata għaliha.”
Il-kantant Kanadiż Leonard Cohen tilef ħajtu fl-età ta’ 82 sena ftit tal-jiem ilu. Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ facebook tiegħu fejn intqal li b’dieqa kbira d-dinja mużikali tilfet poeta, awtur u artist.