Saret kwerela kontra persuna li xerrdet il-filmat tal-atti sesswali li għamlet koppja f’karozza u li spiċċaw iduru online.
Din il-persuna sfidat it-twissijiet li saru mill-Pulizija u xerrdet il-filmat pubblikament, akkumpanjat minn dan il-kliem:
L-avukat Andy Ellul, li qed jirrappreżenta lill-vittmi, qal li mhux eskluż li tinfetaħ ukoll kawża ċivili għad-danni.
“Se nkunu qed niftħu kawża kriminali u ċivili kontra kull min jagħmel share online” sostna l-avukat. Żied jgħid li se jkomplu jisħqu li jinstab min kien il-moħħ wara l-ewwel tixrid tal-filmat.