Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, twettqu tlett mitt spezzjoni fi stabbilimenti tal-ikel, biex jaraw li dawn qed jimxu m’avviż legali
Dawn l-ispezzjonijiet saru mid-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn Ġunju sa Ottubru saru ħamest elef audit u spezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel u f’operazzjonijiet turistiċi oħra f’dan ir-rigward.
F’dan il perjodu ttieħdu ħamsa u għoxrin azzjoni legali kontra stabbilimenti li nstabu mhux qed josservaw il-protokolli.
Minn Marzu sal-aħħar ta’ Mejju, meta l-istabbilimenti tal-ikel kienu restritti biss għall-bejgħ ta’ takeaways u deliveries, u stabbilimenti oħrajn kellhom jibqgħu magħluqa, saru iktar minn erbgħin elf spezzjoni.
F’dan il-perjodu nstabu għaxar stabbilimenti oħra li ma kinux qed josservaw il-miżuri neċessarji.
Dawn l-istabbilimenti u ristoranti li nstabu jiksru l-liġi ħa tkun qed tittieħed azzjoni legali fil-konfront tagħhom.