Anzjana ta’ 68 sena mir-Rabat ttiħedet l-isptar Mater Dei wara li vann tal-għamla Toyota Hiace misjuq minn raġel ta’ 47 sena minn Birkirkara baqa’ dieħel fil-karozza tal-mara li hija tat-tip Ford Fiesta li fil-ħin tal-inċident kienet tinsab pparkjata fil-ġenb minħabba xi ħsarat.
Il-mara nħarġet mill-karozza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-isptar Mater Dei li ssejħu fuq il-post.
L-inċident seħħ fi Triq Temi Zammit fl-Imġarr għall-ħabta tat-8:10 ta’ filgħodu.
Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…