Illum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar fl-inħawi ta’ Marsalforn, Għawdex.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, li marru fuq il-post, tellgħu l-kadavru u ħaduh ix-Xatt ta’ l-Imġarr. Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ mara però sa issa għadha mhux identifikata peresli l-ġisem instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.