Il-President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej, Joao Duarte Albuquerque, qal li meta n-Nazzjonalisti jkunu iddisprati, jinfexxaw f’attakki. Infatti qed jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna madwar l-Ewropa.
Imma r-realtà hi li hawn surplus, li l-ekonomija qed tikber, qed jinħolqu l-impjiegi, hawn inċentivi bħall-garanzija għaż-żgħażagħ, edukazzjoni b’xejn, u servizzi bħal childcare bla ħlas. “It’s not far away from a miracle” qal Duarte dwar id-drittijiet għall-persuni LGBTIQ. Innota li l-ħajja għall-Maltin tjiebet immens u temm jgħid “L-Aqwa Żmien!”