Kandidati meqjusa bħala estremisti tal-partit nazzjonalista Salvu Mallia, Wayne Hewitt u David Thake ma kellhom l-ebda kundanna għal kitba ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il-viċi kap nazzjonalista Mario De Marco.
Diġa’ rrapportajna li l-Ħamis waranofsinhar, lejlet il-Malta Summit, dawn il-kandidat marru jduru fil-Belt Valletta u jalleggaw koruzzjoni.
Iżda Salvu Mallia, li tant qed jaqbeż għalih Simon Busuttil, jemmen li huwa xogħol Daphne Caruana Galizia li din toħroġ b’attakk mimli ħdura fuq De Marco.