“It’s a first” – hekk stqarr il-President tal-Kamra tal-Avukati George Hyzler meta kkonferma t-tnaqqis fid-dewmien li esperjenza l-qrati f’dawn l-aħħar tliet snin.
Waqt il-programm Pjazza, George Hyzler qal li miżuri li ttieħdu f’dan il-qasam qed iħallu riżultat mixtieq.
It-tnaqqis fid-dewmien fil-qrati hija xi ħaġa li qed jesperjenzawha mill-qrib l-avukati nfushom. L-avukat Hyzler qal li l-Imħallfin qed jagħtu iżjed sentenzi mill jidħlu, u din qatt ma rawha qabel.
Fattur li qed iwassal għal dan ir-riżultat hija l-introduzzjoni tal-Court Attorneys, avukati b’esperjenza li qed jassistu lill-Imħallfin fis-sentenzi tagħhom. Miżura li fi kliem Hyzler żiedet l-effiċjenza fil-mod kif jaħdmu l-qrati.
Żied jgħid li l-miżura turi kif il-flus biex jitjieb dan il-qasam qed jintefqu b’għaqal.
Quddiem miżura li qed tħalli l-frott, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li tkun ikkunsidrata l-possibilita’ li l-Court Attorney jkunu estiżi għall-Maġistrati wkoll.
https://www.youtube.com/watch?v=a0kiN_qcvi0