“Aħdmu u itoblu!” – dan il-parir li ta l-kandidat f’isem il-PN Mario Galea waqt attivita politika fiż-Żejtun. Hu u jferfer karta f’idu, fakkar fic-ċarċir tad-demm u qal li l-pajjiż jinsab ‘gas down fil-ħajt’. Kandidat ieħor, Raymond Caruana, qal li se tkun għażla bbażata fuq l-intelliġenza. U lil dawk inqas intelliġenti, Simon Busuttil fakkarhom li d-dokument tal-vot wieħed irid jiġbru u jieħu ħsiebu.