Il-President Amerikan Joe Biden sejjaħ liċ-ċittadini Amerikani li hemm fl-Ukrajna sabiex jitilqu mill-pajjiż b’mod immedjat.
Dan wara li Biden iddikara li hemm theddida qawwija mir-Russja li se tinvadi bil-qawwa lill-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Biden, f’messaġġ ċar, qal li hu mhux se jkun qed jibgħat truppi sabiex isalvaw l-Amerikani fl-Ukrajna, jekk il-Gvern ta’ Putin jiddeċidi li jinvadi.
Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll kif l-Amerika qed twissi li s-sitwazzjoni tista’ teskala b’mod mgħaġġel ħafna.