Filwaqt li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa għandhom irwol important meta jiġu għat-tqala, ir-responsabbiltà sabiex tiġi pprevenuta normalment taqa’ dejjem fuq l-istess ġeneru.
In-nisa għandhom għażla vasta meta jiġu biex jgħażlu biex jipprevjenu t-tqala iżda għall-ġenerazzjonijiet sħaħ, l-irġiel, dejjem kienu limitati f’dan is-settur ta’ għażla.
Studju ġdid li sar ftit snin ilu kien ippublikat fil-Journal of Clinical Endocrinology and Metabolism ftit tal-jiem ilu. Wera kif injezzjoni ormonali ġdida li tingħata lill-irġiel, taf tipprevjeni t-tqala, iżda minħabba effetti li kellha fuq l-istess pazzjenti l-istudju twaqqaf ħesrem.
L-istudju, li kien kofinanzjat mill-Istati Uniti, juri kif din l-injezzjoni ġiet eżaminata sabiex jiġi determinat kemm hi effettiva u jekk hix sigura għall-pazjenti li jgħamlu użu minnha.
320 raġel ingħataw din l-injezzjoni u tpoġġew taħt sorveljanza għall-effett li kellha fuqhom. Ħareġ li l-injezzjoni kienet sigura għax tnaqqas il-possibiltà ta’ fertilità min-naħa tal-irġiel.
L-istudju, li beda fis-sena 2008, eventwalment wera kif 96% tal-persuni li baqgħu jagħmlu użu minn din l-injezzjoni b’mod regolari kienet ta’ suċċess u mill-persuni kollha li għamlu użu minnha kien hemm erba’ koppji li nqabdu tqal, fejn twieldu total ta’ tlett itrabi li kienu b’saħħithom.
Imma kien hemm effetti oħra, b’mod partikolari dipressjoni u effetti fl-imġieba. Għalhekk riċerkaturi kellhom itemmu l-istudji f’Marzu 2011, bl-aħħar presuni li jgħamlu użu minn din l-injezzjoni tkun fis-sena 2012.
Il-maġġoranza tal-irġiel ġew lura għan-normal wara 12-il ġimgħa minn meta ħadu l-injezzjoni, filwaqt li tmient irġiel kellhom problema biex jerġgħu jiġu fertili. Ħamsa mit-tmient irġiel reġgħu ġew għan-normal wara perjodu twil, filwaqt li raġel wieħed ġie parzjalment normali wara erba’ snin, u xorta waħda mhux magħruf jekk hux fertili.
Riċerkaturi sostnew kif dan ir-riskju hu kbir wisq biex din l-injezzjoni toħroġ fis-suq. Jaf ikun hemm żgħażagħ li jagħmlu użu minn din l-injezzjoni, u minħabba nuqqas ta’ ħsieb jitilfu ċ-ċans li qatt ikunu fertili.
Riċerkatur ieħor sostna li hemm bżonn aktar studju dwar mediċina, pilloli jew injezzjonijiet li jipprevjenu t-tqala, biex il-prodott ma jkunx ta’ detriment għall-ormoni tal-bniedem.