Grupp ta’ persuni temmew b’suċċess il-mixja ta’ Camino de Santiago fejn ġabru madwar €15,000, liema fondi se jkunu qed jaraw il-bini ta’ grawnd tal-logħob li se jkun qed jagħmel parti minn kumpless ta’ skola għal 700 student f’Bonga fl-Etjopja.
Din il-mixja ġiet imħejjija minn Jonathan Dalli, li hu l-fundatur u kif ukoll Kap Eżekuttiv ta’ The concept Stadium fejn mexa flimkien ma’ grupp ta’ nies 130km fuq medda ta’ ħamest ijiem, biex ifakkar ukoll il-memorja ta’ mhux biss ta’ sieħeb fin-negozju imma ħabib kbir tal-qalb li miet proprju sentejn ilu, Jonathan Chetcuti.
Dalli spjega kif hu xtaq jagħmel din il-mixja, sabiex ifakkar il-memorja ta’ sieħbu u fl-istess waqt jinkludi affarijiet li kien iħobb Chetcuti, fosthom l-isport u kif ukoll jgħin lin-nies.