Il-Prinċep Harry għaddha qishu żiffa minn ħdejn ħuh, il-Prinċep William u martu Kate, dan waqt li ħadu sehem f’tellieqa li saret bħala prova għall-Maratona ta’ Londra.
It-tliet membri tal-familja rjali libsu l-papopoċċ tal-ġiri u rħewlha għall-korsa tat-tiġrijiet fil-Park Olimpiku Queen Elizabeth f’Londra għall-kampanja mmirata biex tqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali, bl-isem ta’ “Head Together.
Flimkien ma’ 150 kompetitur, William, Kate u Harry kkonpetew kontra xulxin f’tellieqa ta’ 50 metru. Kien Harry li ġie l-ewwel filwaqt li ħuh William ġie t-tieni u martu t-tielet.