Fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST għaddej turnew twil 24 siegħa b’risq il-Fondazzjoni Together for Parkinson’s.
Dan it-turnew għandu l-għan li jkompli jkabbar l-għarfien dwar il-kundizzjoni tal-Parkinson’s filwaqt li l-atleti li qed jieħdu sehem ikomplu jippromwovu l-isport tal-Badminton.
It-turnew ser jintemm il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tad-9 u ta’ kull siegħa tintemm logħba u tibda oħra ġdida b’nies ġodda.
Fix-xahar t’April il-Fondazzjoni Together For Parkinson’s qiegħda tikkollabora ma’ diversi istituzzjonijiet sportivi biex ittella’ attivitajiet kollha.
Fil-fatt dan it-turnew qed jittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Evovle Badminton Academy.
Il-fondi li ser jinġabru matul dawn l-attivitajiet ser ikomplu jsostnu pazjenti li jgħixu b’din il-kundizzjoni u jirċievu t-trattament meħtieġ.