Meta kellha biss erba’ snin, Gabby, li issa għandha 12-il sena, kien instab li għandha l-alopeċja, kundizzjon tal-ġilda li biha wieħed jitlef xagħaru.
Minħabba li l-familja tagħha qatt ma kienet tista’ taffordja tixtrilha parrokka, Gabby kienet tuża mkatar u kif ukoll kpiepel.
Fl-2014 Gabby saret ħbieb ma’ Tyler minn Michigan, tifel li kellu 10 snin, li tant xtaq jgħinha li dakinhar iddeċieda li jtawwal xagħru għal sentejn sħaħ.
Dan sabiex ikun jista’ jagħtih bħala donazzjoni lil għaqda li tipprovdi parrokki lil tfal li jkunu tilfu xagħrom kawża ta’ xi marda jew kundizzjoni.
“Huwa ġest ferm sabiħ li tifel ta’ età tant żgħira għamel ħiltu biex jagħmel differenza il-ħajja ta’ xi ħadd,” sostniet omm Gabby.
Gabby se tkun qed tirċievi parrokka fil-ġimgħat li ġejjin bis-saħħa ta’ Tyler.