Minn tal-inqas sittax–il persuna tilfu ħajjithom u 39 sfaw midruba fl-Italja hekk kif xarabank li kienet qed iġorr tfal tal-iskola kienet involuta f’inċident u saħansitra ħadet n-nar.
L-inċident seħħ f’Verona u abbord kien hemm studenti mill-Ungerija.
Ix-xarabank kienet qed tirritorna lura lejn Budapest minn Franza, wara li studenti marru vaganza fuq il-muntanji.
Midja Taljana rrapportat kif numru ta’ studenti, li l-maġġoranza tagħhom kienu subien bejn l-età ta’ 14 u 18-il sena, inbeżqu minn ġox-xarabank meta ħabtet ma’ arblu tad-dawl.
Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni biex ix-xarabank tilfet il-kontroll.
Diversi oħra sfaw maqbuda abbord ix-xarabank meta ħadet in-nar, għaxra minnhom ġarrbu ġrieħi gravi.