Rakkonti ta’ qsim il-qalb ħirġin mill-aħħar mumenti ta’ vittmi ta’ valanga qawwija li seħħet fil-gżira Taljana ta’ Iskja nhar is-Sibt. Missier mara ta’ 30 sena qal li ċemplitlu għall-għajnuna hekk kif bdiet tara ċaqliq fuq l-għoljiet ta’ fuqha. Telefonata li kellha tkun l-aħħar waħda, għaliex il-missier ma setax isalvaha jew iwaqqaf dak li kellu jiġri.
Tagħha kien wieħed mill-ħames kadavri misjuba mill-ħaddiema ta’ salvataġġ, iżda mill-inqas disa’ persuni għadhom neqsin fil-gżira li tinsab ‘l barra minn Napli.
Il-katavru ta’ tifla ta’ ħames snin instab fid-dar tal-familja tagħha f’Iskja lbieraħ. Il-ġenituri tagħha huma wkoll neqsin, skont il-gazzetta Taljana Corriere della Sera.
Tajn u debris qered djar u kaxkar karozzi fil-baħar. Wara jiem ta’ xita bla waqfien fin-Nofsinhar tal-Italja, issa t-temp ikkalma, imma l-livell ta’ ħsara huwa devastanti.
Aktar minn 100 ħaddiema tat-tifi tan-nar, kif ukoll bugħaddasa u esperti fil-moviment tal-art, jinsabu f’Iskja biex jippruvaw inaddfu toroq mimlija materjal.
Fost oħrajn hemm vetturi maqluba fuq xulxin, mgħaffġa mill-forza tal-valanga tat-tajn li ħassret il-pajsaġġ ta’ din il-gżira turistika popolari.