Għalliem li qed jiġi meqjus bħala eroj fl-inċident li seħħ ilbieraħ f’Verona u abbord kien hemm studenti mill-Ungerija tilef it-tfal tiegħu propju f’dan l-inċident. Huwa qed jissejjaħ eroj hekk kif minkejja s-sitwazzjoni diffiċli u l-periklu li kien hemm ħareġ u offra l-għajnuna tiegħu lill-maġġoranza tat-tfal li kienu fuq ix-xarabank.
Iżda dak li għamel dan il-missier ‘eroj’ ma kienx biżejjed biex isalva lil bintu ta’ tmintax-il sena u lil ibnu ta’ tletin sena. Kienu propju sittax-il persuna li salvaw minn dan l-inċident filwaqt li seba’ studenti qed jingħataw l-assistenza medika fl-isptar.
Il-ġenituri tat-tfal l-oħra li kienu nvoluti f’din it-traġedja waslu fuq il-post akkumpanjati minn psikoloġisti. Ix-xarabank kienet qed tirritorna lura lejn Budapest minn Franza, wara li studenti marru vaganza fuq il-muntanji.
Midja Taljana rrapportat kif numru ta’ studenti, li l-maġġoranza tagħhom kienu subien bejn l-età ta’ 14 u 18-il sena, inbeżqu minn ġox-xarabank meta ħabtet ma’ arblu tad-dawl. Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni biex ix-xarabank tilfet il-kontroll.
Diversi oħra sfaw maqbuda abbord ix-xarabank meta ħadet in-nar, għaxra minnhom ġarrbu ġrieħi gravi.