Giorgia Meloni, li se tieħu l-ġurament ta’ Prim Ministru għada, ħabbret li ffurmat il-gvern tagħha.
B’dan se jfisser li Meloni se ssir l-ewwel Prim Ministru tal-Italja.
Dan wara l-partit tagħha Fratelli d’Italia ġab l-akbar ammont ta’ voti fl-elezzjoni tal-25 ta’ Settembru.
F’konferenza tal-aħbarijiet illejla, Meloni qalet li ż-żewġ Viċi Prim Ministri se jkunu Matteo Salvini u l-eks President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani.
Il-kabinett tal-ministri se jieħu l-ġurament tal-ħatra, flimkien ma’ Meloni, matul il-jum tas-Sibt.