Mill-inqas tliet persuni mietu wara li dgħajsa li kienet qed iġorr aktar minn 20 passiġġier, inkluż turisti, għerqet f’temp ta’ riħ qawwi fil-Lago Maggiore, fit-Tramuntana tal-Italja.
Persuna waħda għadha nieqsa. Id-dgħajsa nqalbet ilbieraħ filgħaxija bejn il-bliet ta’ Sesto Calende u Arona. Is-servizz Taljani tat-tifi tan-nar qalu li 19-il persuna li kienu abbord ġew salvati, iżda t-tfittxija għadha għaddejja għal dawk irrapportati nieqsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħames persuni ttieħdu l-isptar wara li ġew salvati. Rapporti mhux ikkonfermati fil-midja Taljana qalu li l-passiġġieri tad-dgħajsa kienu Ingliżi, Taljani u Iżraeljani.
Ritratt: Vigili del Fuoco/Twitter