Anzjana ta’ 67 sena mill-Mosta ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li sfat imtajra fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta. L-inċident seħħ fis-sagħtejn u għoxrin tal-Erbgħa wara nofsinhar.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li l-anzjana ttajret minn vettura tat-tip Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 53 sena minn Ħal Balzan.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.