Meta koppja tissepara, ma jfissirx li tkun isseparat minn ma’ wliedha wkoll u għaldaqstant jeħtieġ li f’dan il-mument iebes f’ħajjithom, jingħataw attenzjoni wkoll lill-emozzjonijiet li jkunu għaddejjin minnhom l-ulied.
Għal dan il-għan f’Settembru tas-sena l-oħra beda jopera l-programm Co-parenting li jindirizza temi speċifiċi bil-għan li l-interessi tat-tfal dejjem jiġu mħarsa.
L-operations manager tal-FSWS, Ingrid Vassallo fissret kif waħda mill-akbar sfidi li ħafna ġenituri jiltaqgħu magħha hi kif itejbu l-komunikazzjoni mal-ġenitur l-ieħor biex il-bżonnijiet tat-tfal dejjem ikunu prijorità:
“DIN L-ISFIDA TAS-SEPARAZZJONI GGIB HAFNA AFFARIJIET GODDA FIL-HAJJA KEMM TAL-GENITURI U TAT-TFAL FOSTHOM METODI TA’ DIXXIPLINA DIFFERENTI LI JKUNU QED JUZAW IZ-ZEWG GENITURI SO LI QED NAGHMLU HU LI NGHALLMU LILL-GENITURI KIF TIKOMPACI DAWN IZ-ZEWG METODI TA’ DIXXIPLINA DIFFERENTI, KIF NIPPREPARAW IT-TFAL TAGHNA GHALL-ACCESS, KIF NIPPREPARAWHOM MINN QABEL, NAFU LI DAN HIN EMOZZJONALI HAFNA GHAT-TFAL U KIF SE NILQA’ LIT-TFAL LURA WARA L-ACCESS”
Sa Diċembru tas-sena li għaddiet, tnejn u ħamsin persuna irrikorrew għall-għajnuna tal-Coparenting u fil-preżent hemm tletin persuna f’kuntatt ma’ dan is-servizz.
Is-Sinjura Vassallo spjegat kif dawk kollha li attendew għas-sessjonijiet tal-Copareting, kellhom kliem ta’ tifħir fuq l-programm imħejji għax fi kliemhom stess, huwa ta’ għajnuna kbira kemm għax tgħallmu ħiliet ġodda iżda wkoll għax sabu l-appoġġ ta’ esperti fil-qasam u ltaqgħu ma’ individwi oħra li wkoll kienu għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili.
Il-programm huwa mifrux fuq medda ta’ sitt ġimgħat, b’laqgħat ta’ kważi tliet sigħat il-waħda li għandhom iwasslu biex kemm jista’ jkun il-weġgħa tas-separazzjoni ma tħalliex effett negattiv fuq it-tfal:
“JIENA GIELI NGHID LILL-KOPPJI LI GHADDEW MIS-SEPARAZZJONI NISTGHU NTUHOM KWAZI KWAZI RIGAL U EZEMPJU TA’ KIF FIL-HAJJA JEKK TILTAQA’ MA CIRKOSTANZA LI HIJA DIFFICLI, KIF GHANDEK TIHANDELJA, KIF GHANDEK TIMMANIGJAHA”
Kull min jixtieq jibbenifika minn dan is-servizz, jista’ jikkuntattja lill-fondazzjoni għas-servizzi tal-ħarsien soċjali għal aktar għajnuna.