Il-Gvern kompla jsaħħaħ l-għajnuniet u l-benefiċċji soċjali, din id-darba fejn tidħol l-għajnuna supplimentari, grazzi għall-bidla li ġiet imwettqa.
Il-Gvern kompla jsaħħaħ l-għajnuniet u l-benefiċċji soċjali, din id-darba fejn tidħol l-għajnuna supplimentari, grazzi għall-bidla li ġiet imwettqa.
Fuq il-programm Benefiċċji Għalik bi preżentazzjoni ta’ Stefan Borg fuq ONE, George Cremona, Direttur Ġenerali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-tfal ħabbar li permezz ta’ twessigħ fit-tresholds, se jkun hemm aktar nies li, kif mistħoqq, jieħdu l-benefiċċju tal-għajnuna supplimentari.
“Il-band, jiġifieri it-thresholds twessgħu għal 18-il elf. Qabel kien 15-il elf u xi ħaġa jiġifieri sal-2024. Minn 15-il elf għal 18-il elf hemm qabża kbira jiġifieri qegħdin jidħlu aktar benefiċċji.”
Id-Direttur Ġenerali, George Cremona
“Preżentatur: Kemm qed taraw li se jiżdiedu l-benefiċjarji?
Cremona: Ħa jiżdiedu bejn wieħed u ieħor bejn 2500 u 3000 benefiċjarju.
Preżentatur: Permezz ta’ din il-miżura biss.
Cremona: permezz ta’ din il-miżura biss iva.”
Fil-programm issemma li fil-budget tal-2021, kull min kien qiegħed jirċievi xi għajnuna supplimentari, hekk kif jagħlaq it-80 sena, d-dipartiment jibgħatlu l-karta roża.
Iżda dan il-Gvern, fil-Budget imħabbar għal din is-sena, kompla jibni fuq fuq budgets preċedenti u niżżel l-età’ għal-75 sena flok 80 sena, b’hekk b’mod awtomatiku minn jirċievi l-għajnuna supplimentari qed jirċievi l-karta r-roża wkoll.