Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan qal li pajjiżu flimkien mal-Istati Uniti huma lesti li jeħilsu lir-Raqqa mill-Istat Islamiku
Erdogan qal li dan il-ħsieb ta’ azzjoni u kollaborazzjoni kien diskuss flimkien mal-President Amerikan, Barack Obama meta ltaqgħu fiċ-Ċina għas-summit tal-G20.
Din l-aħbar waslet wara li x-xahar li għadda, t-Turkija nediet operazzjoni fis-Sirja bil-mira jkunu l-Isis u r-ribelli Kurdi.
Minkejja dan, għadu ma kien hemm l-ebda konferma min-naħa tal-Istati Uniti dwar dan.