Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan akkuża lil Gvern Amerikan li jrid iġib lit-Turkija għarkubtejha.
L-Amerka irdupjat it-tariffi fuq il-ħadid u l-aluminju li ġej mit-Turkija.
Dan wara li l-awtoritajiet Torok żammew priġunier predikatur li skont it-Turkija jappoġġja lil Kurdi u l-moviment ta’ Fethullah Gülen.
Il-moviment ta’ dan tal-aħħar sofra l-ħtija li kien wara l- kolp ta’ stat li falla sentejn ilu.
Bil-miżura tal-Gvern Amerikan, meta mqabbla mad-dollaru, il-lira Torka niżlet l’isfel b’sittax fil-mija.
Permezz ta’ kitba fuq The New York Times, il-President Tork saħaq li kemm il-darba l-Amerka tkompli tieħu din it-triq, it-Turkija dalwaqt se turi li tista’ ssib ħbieb oħra.
Osservaturi politiċi sostnew li jeżisti nuqqas ta’ qbil fuq diversi affarijiet bejn iż-żewġ pajjiżi msieħba fin-NATO.