Il-Prim Ministru Tork Binali Yildirim irtira proposta li kienet se tillibera rġiel li jistupraw bniet taħt l-età jekk jiżżewġuhom.
Dan wara protesti kbar fit-Turkija, li wasslu biex il-Gvern irtira din il-proposta eżatt qabel mal-leġislazzjoni għaddiet għal dak li kien se jkun l-aħħar vot fil-Parlament.
Il-leġislazzjoni mhux biss kienet kritika miċ-ċittadini Torok, iżda kkundannata b’mod internazzjonali.
Kritika li qajmet l-argument li l-liġi se tilleġittima stupru fuq it-tfal u tħeġġeġ żwieġ ma’ tfal taħt l-età, għaliex minkejja li l-età legali għaż-żwieġ fit-Turkija hija ta’ tmintax –il sena, mhux wieħed jew tnejn l-irġiel li xorta jiżżewġu ma’ tfal taħt l-età.