It-Turkija qablet li tappoġġja s-sħubija tal-Iżvezja u l-Finlandja fin-NATO, minkejja li għall-ewwel kienet qed topponi bi sħiħ is-sħubija ta’ dawn iż-żewġ pajiżi Nordiċi. Il-Finlandja tinsab fruntiera mar-Russja.
Mingħajr l-appoġġ tat-Turkija, iż-żewġ pajjiżi ma setgħux jissieħbu f’din l-alleanza militari.
Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tat-tliet pajjiżi ffirmaw patt konġunt ta’ sigurtà, li indirizza wkoll it-tħassib inizjali li kellha t-Turkija.
Fil-fatt, iż-żewġ pajjiżi Nordiċi se jneħħu r-restrizzjonijiet tagħhom dwar il-bejgħ tal-armi lit-Turkija.
Il-President tal-Finlandja qal li t-tliet pajjiżi iffirmaw memorandum konġunt sabiex jestendu l-appoġġ sħiħ tagħhom kontra theddid tas-sigurtà ta’ xulxin. Filwaqt li l-Prim Ministru Żvediża sejħet dan il-ftehim bħala pass importanti.
Intant, fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-President Tork, intqal li t-Turkija kisbet dak li riedet mill-Iżvezja u l-Finlandja.