Fit-Turkija l-poplu Tork qed jivvota f’referendum li se jiddetermina jekk il-President attwali Erdogan għandux jingħata poteri ġodda.
Il-President Erdogan qed jfittex il-possibilità li s-sistema parlamentari fit-Turkija tinbidel f’waħda presidenzjali. Dawk li qed jappoġġjaw il-proposta qed jgħidu li s-sistema l-ġdida kif proposta se timmodernizza iżjed il-pajjiż.
Min-naħa l-oħra hemm min qed jaraha bħala sistema li tqarreb iżjed lejn sistema dittatorjali. Vot favur il-proposta jfisser li Erdogan jista jservi bħala President sal-2029. Kien nhar is-sibt li politiċi fit-Turkija għamlu l-aħħar appelli tagħhom dwar referendum li qed ikun meqjus bħala wieħed li jista’ jwassal għal bidla kruċjali fil-kostituzzjoni minn mindu t-Turkija saret repubblika.
Madwar 55 miljun persuna huma eliġibbli jivvutaw u r-riżultat se jitħabbar aktar tard tul il-jum tal-Ħadd.