Ilbieraħ truppi Torok u ribelli Sirjani nvadew iż-żona tal-Kurdi. Dan l-attakk ġie wara li lbieraħ l-armata Torka attakkat din iż-żona mill-ajru.
Fi stqarrija l-Ministeru għad-Difiża Torka qal li l-armati ta’ Turkija u dik Sirjana bdew ħidma bħala parti mill-Operazzjoni Rebbiegħa ta’ Paċi.
Rapporti fil-midja Torka qed jgħidu l-forzi Torok infiltraw minn erba’ żoni differenti.
Fi ittra li bagħat lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-gvern Tork assigura li l-azzjonijiet militari li se jieħu se jkunu meqjusa, proporzjonati u responsabbli.
Ritratt: Getty Images