Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca sostniet li Valletta 2018 tat viżbilità kbira lil bosta valuri fosthom it-twettiq tal-ġustizzja soċjali.
Il-President qalet dan waqt il-ftuħ tal-ħames edizzjoni ta’ konfrerenza mtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bit-tema Sharing the Legacy li qed jieħdu sehem fiha għadd ta’ kelliema internazzjonali bil-għan li jagħtu eżempji differenti ta’ kif jista’ jkompli jsir żvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali fil-Belt.
Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef qal li l-konferenza se tanlizza dak li l-Kapitali Ewropea tal-Kultura ħalliet warajha s’issa waqt li se tingħata ħarsa wkoll lejn dak li jista’ jsir biex il-ħajja fil-Blet tibqa’ tittejjeb anke wara li ma tibqax Kaptitali Ewropea tal-Kultura.
Huwa semma kif l-attivitajiet marbuta mal-Vallett 2018 għenu biex it-turiżmu f’Malta żdied b’15% u ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se titwaqqaf l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta:
“Se nwaqqfu l-ewwel darba l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Valletta Cultural Agency, hemmhekk qed naraw b’mod tanġibli, b’mod reali dak kollu li wettaqna fil-Belt vVlletta fl-aħħar ħames snin, fuq kollox, dak il-ħafna li kien fid-deher din is-sena se jibqa’ għaddej permezz ta’ din l-Aġenzija Kulturali”.
Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista saħaq li dak li beda din is-sena għandu jkompli, mhux biss għall-ġid ta’ Malta iżda wkoll tal-Ewropa. Qal li l-Belt kienet mejta u bis-saħħa tal-proġetti ta’ Valletta 2018 irxuxtat b’enerġija kbira li se tmexxi l-legat għall-futur isbaħ. Fost oħrajn semma li r-riġinerazzjoni tal-Belt waslet biex fl-aħħar erba’ snin infetħu 31 Boutique hotel ġdida.