F’Awwissu li għadda żaru Malta 317,490 turist, żieda ta’ 10.2% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Iktar minn 290,000 minn dawn żaru Malta fuq btala, filwaqt li 8,980 żaru Malta għal raġunijiet ta’ xogħol.
Turisti li ġejjin minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea żdiedu bi 8.6% minn Awwissu tal-2017. Skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-maġġoranza tat-turisti li żaru Malta f’Awwissu li għassa kellhom bejn il-25 u l-44 sena.
L-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu Malta żdied b’5.7% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, b’numru li jaqbeż iż-2 miljun lejl.
L-NSO qalet li f’Awwissu biss, it-tursti nefqu €320.6 miljun tul il-btajjel tagħhom f’pajjiżna. L-infieq totali għal dan il-perjodu huwa 7.2% iktar mill-infieq tat-turisti li żaru Malta f’Awwissu 2017.